Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

X’inhi r-rata tal-faċilità tad-depożitu?

10 ta’ Marzu 2016 (aġġornata fit-13 ta’ Settembru 2024)

Ir-rata tal-faċilità ta' depożitu hija r-rata tal-imgħax li jirċievu l-banek meta jiddepożitaw il-flus mal-bank ċentrali mil-lum għall-għada. 

Hija waħda mit-tliet rati tal-imgħax li l-BĊE jistabbilixxi kull 6 ġimgħat bħala parti mid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-politika monetarja. Din hija r-rata li biha l-Kunsill Governattiv jidderieġi l-pożizzjoni tal-politika monetarja tiegħu. Ir-rati tas-suq monetarju huma mistennija jevolvu qrib ir-rata tal-faċilità ta' depożitu b'tolleranza għal xi volatilità sakemm dan ma jċajparx is-sinjal dwar il-pożizzjoni maħsuba tal-politika monetarja. 

Hemm żewġ rati tal-imgħax ewlenin oħra: ir-rata għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rata fuq il-faċilità tas-self marġinali. Ir-rata għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tiddefinixxi l-kost li bih il-banek jistgħu jissellfu mill-bank ċentrali għal perjodu ta’ ġimgħa. Jekk il-banek ikolhom bżonn flus mil-lum għall-għada, jistgħu jissellfu mill-faċilità tas-self marġinali b’rata iżjed għolja.