Dwar il-Bank Ċentrali Ewropew
Aħna nżommu l-prezzijiet stabbli u flusek siguri
Ġewwa l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), aħna naħdmu biex inżommu l-prezzijiet stabbli fiż-żona tal-euro. Dan nagħmluh sabiex tkun tista’ tixtri l-istess affarijiet bi flusek kif tista’ tixtri llum.
Aħna nikkontribwixxu wkoll għas-sigurtà u s-solidità tas-sistema bankarja Ewropea. Dan jgħin biex jiġi żgurat li flusek jibqgħu siguri fil-bank.
Aħna nżommu l-inflazzjoni taħt kontroll
Il-BĊE huwa l-bank ċentrali tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jużaw l-euro. Il-kompitu ewlieni tal-BĊE hu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Dan nagħmluh billi niżguraw li l-inflazzjoni tibqa’ baxxa, stabbli u prevedibbli. B'dan il-mod, aħna nfittxu li ngħinuk tippjana t-tfaddil u l-infiq tiegħek.
Kun af aktar dwar il-politika monetarja tagħnaAħna nikkontribwixxu għas-sigurtà tas-sistema bankarja Ewropea
Nissorveljaw il-banek taż-żona tal-euro sabiex tkun tista’ sserraħ rasek li jistgħu jingħelbu żminijiet diffiċli. Superviżjoni konsistenti u standardizzata fiż-żona tal-euro tgħin biex iżżomm lill-flusek siguri billi l-banek ikunu iktar robusti.
Żur il-websajt tas-superviżjoni bankarja tagħnaINSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Aħna niżviluppaw u noħorġu karti tal-flus tal-euro
Ninvestu f’teknoloġiji ġodda biex nagħmlu l-karti tal-flus li tuża aktar siguri u reżistenti għall-użu ta’ kuljum. Aħna nikkoordinaw il-produzzjoni u l-ħruġ tagħhom mal-pajjiżi li jużaw l-euro.
Esplora l-karti tal-flus bid-3DInżommu l-infrastruttura finanzjarja taħdem bla xkiel
Kull darba li tħallas għax-xiri tiegħek b’mod elettroniku jew tittrasferixxi l-flus, issibna ngħinuk. Dan għaliex aħna mmexxu u nappoġġjaw in-netwerk minn wara l-kwinti – l-infrastruttura tas-suq – li jgħin biex il-flus jimxu bla xkiel u b’mod effiċjenti, ġewwa l-pajjiżi u bejn il-fruntieri.
L-Eurosistema u l-ħlasijietAħna ngħinu nippreservaw l-istabbiltà finanzjarja
Aħna nidentifikaw u nagħtu rakkomandazzjonijiet għat-tnaqqis tar-riskji li jistgħu jiżbilanċjaw is-sistema finanzjarja, bħal taqlib fis-suq tal-ishma jew tnaqqis drastiku fil-prezzijiet tad-djar. Dan jgħin lil nies bħalek, kif ukoll lin-negozji, biex tippjanaw u tinvestu għall-futur bil-kunfidenza.
Ir-rwol tagħna fl-istabbiltà finanzjarjaStorja
Tgħallem kif l-Ewropa saret iktar magħquda bl-introduzzjoni tal-munita komuni u l-ħolqien tas-superviżjoni bankarja konġunta.
Storja taż-żona tal-euroIl-BĊE spjegat
X’jagħmel il-BĊE? X’inhi l-inflazzjoni? Għaliex hija importanti l-istabbiltà tal-prezzijiet għalik? Sib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u aktar f’dan il-video introduttorju ta’ tliet minuti.
Ikkuntattjana
Għandek xi domandi dwar il-BĊE u x’nagħmlu? Sib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet l-aktar popolari jew ibgħatilna waħda tiegħek inti.
Tgħallem iktar dwar x’nagħmlu
Żurna
Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE huwa miftuħ għal żjarat fuq il-post u virtwali u lekċers esperti, li jagħti lill-viżitaturi ċans jitgħallmu aktar dwar il-BĊE. Agħti ħarsa lejn il-paġna tagħna Żurna għal aktar informazzjoni dwar dak li noffru u kif tista’ tistaqsi għal żjara jew lekċer.
ŻurnaĦu sehem fl-inizjattivi taż-żgħażagħ tagħna
Id-deċiżjonijiet li nieħdu jistgħu jħallu impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum tiegħek. Aħna norganizzaw avvenimenti madwar l-Ewropa biex ninvolvu ruħna maż-żgħażagħ direttament u nisimgħu l-fehmiet u l-ideat tiegħek.
Ivverifika l-aħħar inizjattivi tagħna