Informazzjoni prattika
Nota għall-viżitaturi fuq il-post
- Iffamiljarizza ruħek mar-regoli interni tagħnaEN, DE qabel ma żżurna. Ara din il-ħarsa viżiva tar-regoli l-aktar importanti.
- Ġib prova valida tal-identità u żommha lesta meta tidħol fis-sit. Jekk jogħġbok innota li huma aċċettati biss karti tal-identità jew passaporti nazzjonali; liċenzji tas-sewqan, karti tal-identità tal-istudenti jew ta' kumpaniji u permessi ta' residenza mhumiex biżżejjed biex tingħata aċċess għall-bini tal-BĊE.
- Ħalli biżżejjed ħin għall-kontroll tas-sigurtà obbligatorju li kull viżitatur irid jgħaddi minnu. Jaf ikollok tistenna aktar fil-ħinijiet meta jkun hemm l-aktar viżitaturi, bħal figħodu.
- Kun af li armi, oġġetti perikolużi oħrajn u sustanzi li jagħmlu ħsara mhumiex permessi fil-bini tal-BĊE.
- Sabiex tħaffef il-proċess ta' kontroll tal-aċċess, iġġibx bagalji żejda miegħek.
- Innota li l-membri tal-persunal tal-BĊE ma jistgħu jaċċettaw l-ebda rigal skont il-Qafas tal-Etika tal-BĊE, għalhekk jekk jogħġbok żomm lura milli ġġib xi rigali fl-okkażjoni taż-żjara tiegħek.
- Ara li ma tħalli ebda oġġett personali jew bagalji weħidhom. Għandna lockers fejn tista' tħalli l-bagalji tiegħek temporanjament matul iż-żjarat.
- Segwi l-istruzzjonijiet kollha mill-persunal ta' sigurtà.
Note for virtual visitors
Meta jipparteċipaw f'attività virtwali fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE, dawk li jattendu jaqblu li jirrispettaw it-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
- Kun konxju tal-fatt li l-opinjonijiet kollha espressi waqt l-attività virtwali ma humiex uffiċjali.
- Tirrekordjax vidjo jew awdjo, jew tittraskrivi l-awdjo, peress li dan mhux permess. Irrispetta lil dawk kollha li jattendu.
- Żomm mas-suġġett li qed jiġi diskuss u spjega l-fehma tiegħek.
- Kun fil-ħin u oqgħod għat-tul kollu tal-attività.
- Jekk ir-rappreżentanti tal-BĊE jiddeterminaw fi kwalunkwe ħin li min jattendi jkun kiser xi waħda mir-regoli, ir-rappreżentant jirriserva d-dritt li jeskludi lil dik il-persuna mill-attività virtwali.
X'għandek tagħmel meta tgħaddi mis-sigurtà tal-BĊE?
Parkeġġ
Nirrakkomandaw bis-saħħa li l-viżitaturi jużaw it-trasport pubbliku meta dan ikun possibbli, peress li l-parkeġġ fl-inħawi huwa limitat. Għal gruppi kbar, hemm xi spazji taʼ parkeġġ għall-buses u l-coaches maġenb id-daħla ewlenija. Jekk tixtieq tirriżerva wieħed minn dawn l-ispazji ta' parkeġġ, jekk jogħġbok speċifika dan meta tirriżerva ż-żjara tiegħek. Madankollu, jekk jogħġbok innota li ma nistgħux niggarantixxu li nkunu nistgħu nilqgħu t-talba tiegħek. Barra minn hekk, mhuwiex posibbli li tipparkja l-karozza tiegħek fil-parkeġġ tal-BĊE.
Emerġenzi u evakwazzjoni
- F'każ ta' emerġenza, jekk jogħġbok ċempel 111 minn kwalunkwe telefown tal-BĊE jew ikkuntattja lil kwalunkwe membru tas-Sigurtà tal-BĊE.
- Kull meta tisma' avviż pubbliku, oqgħod attent biex tifhem sew u segwi l-istruzzjonijiet tal-persunal ta' sigurtà.
- Jekk tingħata struzzjonijiet biex tagħmel dan, oħroġ mill-bini. Żomm kalm, tiġrix u tmurx lura.
- Segwi s-sinjali għar-rotot ta' ħruġ (sinjali li jixgħelu ħodor), li jidhru fil-livell tas-saqaf fil-kuruturi kollha.
- Tużax il-lifts.
- Ipproċedi lejn il-post speċifikat biex jinġemgħu n-nies. Terġax tidħol fil-bini sakemm ma tiġix mistieden biex tagħmel dan.
Politika ta' sorveljanza
Għal dettalji dwar l-użu ta' CCTV fil-bini tal-BĊE jekk jogħġbok irreferi għall-politika tagħna ta' sorveljanza bil-vidjow.