Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Lulju 2024

X’iddeċidejna?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Żammejna r-rati tal-imgħax prinċipali tagħna mhux mibdulin

Ir-rati tagħna għadhom għoljin, u qegħdin jgħinu biex titbaxxa l-inflazzjoni. Dan għadu meħtieġ minħabba li l-inflazzjoni hija mistennija li tibqa’ ogħla mill-mira ta’ 2 % tagħna tul parti kbira mis-sena d-dieħla.

X’inhu jiġri fl-ekonomija?

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

L-ekonomija qed tirkupra bil-mod

Is-servizzi qegħdin jixprunaw it-tkabbir fl-ekonomija. In-nies għandha iktar x’tonfoq minħabba li l-inflazzjoni qed tonqos u l-pagi qed jiżdiedu.

Il-manifattura mhux sejra tajjeb

Id-ditti mhux qed iżidu l-produzzjoni tagħhom, u l-esportazzjonijiet tagħhom lanqas ma huma qed jikbru. Iżda hekk kif l-ekonomija dinjija tirkupra, l-affarijiet għandhom jitjiebu.

L-inflazzjoni nieżla, iżda mhux se tkun triq faċli

Il-prezzijiet għall-oġġetti u għall-ikel ma għadhomx qed jiżdiedu daqs kemm kienu qabel. Qed nistennew li l-inflazzjoni tirritorna għall-mira tagħna ta’ 2 % matul it-tieni nofs tas-sena d-dieħla, għalkemm jista’ jkun hemm xi ftit żidiet u tnaqqis qabel naslu għaliha.

Il-pagi għadhom qed jogħlew b’rata qawwija

Il-ħaddiema qed ifittxu li jagħmlu tajjeb għal żidiet ta’ qabel fil-prezzijiet. Għadhom jinħolqu aktar xogħlijiet, b’mod speċjali fis-servizzi. Id-ditti qed jagħmlu inqas profitt, parzjalment minħabba li mhumiex qed jgħaddu l-kostijiet lavorattivi ogħla tagħhom lill-klijenti fil-forma ta’ prezzijiet ogħla.

In-nies qed terġa’ titlob self b’ipoteki

Rati tal-imgħax għoljin ifissru li s-self xorta għadu pjuttost għoli. Iżda sar xi ftit iktar faċli li tissellef. Issa, għall-ewwel darba f’sentejn, aktar nies qed japplikaw għal self biex jixtru djar.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Dan huwa dak li l-Kunsill Governattiv iddeċieda dwar ir-rati tal-imgħax u dwar l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
SIR AF IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?