Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Muniti kommemorattivi ta’ €2 – 2024

Id-deskrizzjonijiet li jidhru f’din il-paġna huma bbażati fuq l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk għandhom mnejn ivarjaw xi ftit minn materjal ieħor ippubblikat f’dan is-sit web.

Il-Litwanja

Tema: It-tradizzjoni Litwena tal-ġonna tat-tiben imniżżla fil-Lista Rappreżentattiva tal-UNESCO tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità

Deskrizzjoni: Id-disinn fih ġnien tat-tiben stilizzat li jikkonsisti f’forom ġeometriċi ta’ daqsijiet differenti, li ponta minnhom tkun ippuntata ’l fuq (lejn is-sema) u l-oħra ’l isfel (lejn taħt l-art). Id-disinn għandu wkoll l-iskrizzjoni “LIETUVA” (LITWANJA), is-sena tal-ħruġ (2024) u l-marka taz-Zekka Litwana. Il-ġonna tat-tiben huma tradizzjoni kulturali Baltika li għandhom sinifikat dekorattiv u ċerimonjali u hums relatati mal-benesseri u mal-ispiritwalità. In-naħa nazzjonali tal-munita hija ddisinjata minn Tomas Dragūnas. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 500 000 munita

Data tal-ħruġ: Ir-raba’ trimestru tal-2024

Andorra

Tema: 100 sena ta’ skijjar f’Andorra

Deskrizzjoni: Huwa meqjus li l-ewwel kuntatti tal-popolazzjoni ta; Andorra mal-iskijjar seħħew fl-1924. Illum il-ġurnata, l-iskijjar huwa r-re tal-isport tal-pajjiż li jagħmel lil Andorra destinazzjoni popolari ħafna grazzi għall-muntanji miksijin borra, pajsaġġi spettakolari u risorts tal-iskijjar ta’ klassi dinjija. Id-disinn tal-munita jikkommemora ċ-ċentinarju tal-prattika ta’ dan l-isport f’Andorra u jirriproduċi l-parti t’isfel tas-siluwett ta’ persuna tiskijja flimkien mal-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “ANDORRA” u s-sena tal-ħruġ “2024”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 60 000 munita

Data tal-ħruġ: L-aħħar trimestru tal-2024

Andorra

Tema: Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Mountain Bike tal-UCI tal-2024

Deskrizzjoni: Din is-sena, Andorra se tospita avveniment sportiv internazzjonali importanti: il-Kampjonati tad-Dinja tal-Mountain Bike tal-UCI tal-2024. Id-disinn tal-munita juri ċiklista għaddej minn pajsaġġ li juri n-natura spettakolari ta’ dan l-isport, bl-iskrizzjoni “CAMPIONATS DEL MÓN UCI DE BTT” (Kampjonati tad-Dinja tal-Mountain Bike tal-UCI tal-2024). L-iskrizzjonijiet tal-pajjiż tal-ħruġ “ANDORRA” u s-sena tal-ħruġ “2024” ġew riprodotti fuq il-ġnub taċ-ċiklista, daqslikieku kienu element ieħor ta’ dan l-isport. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 60 000 munita

Data tal-ħruġ: L-aħħar trimestru tal-2024

Il-Finlandja

Tema: Arkitettura Finlandiża

Deskrizzjoni: Id-disinn juri s-siluwetti ta’ erba’ binjiet. It-torrijiet fuq is-saqaf tal-bini jippuntaw lejn iċ-ċentru. It-testi “GESELLIUS”, “LINDGREN”, “SAARINEN” u l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “FI”, il-marka taz-zekka u s-sena “2024” huma miktubin djagonalment bejn il-binjiet. It-testi u s-siluwetti tal-bini jiffurmaw kompożizzjoni qisha arloġġ fuq il-wiċċ tax-xbieha tonda tal-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 400 000 munita

Data tal-ħruġ: Ħarifa 2024

Il-Latvja

Tema: Ħimmeli

Deskrizzjoni: Il-ħimmeli hija dekorazzjoni antika tal-Milied Latvjana. Id-disinn juri l-forma tal-modulu tradizzjonali li d-dekorazzjoni hija magħmula minnha: l-ottaedron li jikkonsisti fi 12-il tibna interkonnessi u jissimbolizza s-sena bit-12-il xahar tagħha. Il-ħimmeli hija waħda mill-eqdem dekorazzjonijiet tal-Milied, li ilha tintuża minn ħafna qabel is-siġra tal-Milied. Fin-naħa t’isfel fuq ix-xellug hemm iskritt l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “LATVIJA”. Fin-naħa t’isfel fuq il-lemin hemm iskritta s-sena tal-ħruġ “2024”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 413 000 munita

Data tal-ħruġ: Ottubru/Novembru 2024

Is-Slovenja

Tema: 250 sena tal-Librerija Nazzjonali u Universitarja (Narodna in univerzitetna knjižnica)

Deskrizzjoni: Il-manku tal-bieb tal-Librerija Nazzjonali u Universitarja b’Pegasus, stallun divin bil-ġwienaħ, użat bħala gwida simbolika għall-viżitaturi tal-librerija fid-dinja tal-għarfien mill-perit Jože Plečnik, jidher fuq il-munita. Il-manku tal-bieb huwa l-ewwel kuntatt mal-istituzzjoni li tistedinna għad-dinja tal-għarfien u l-ispirazzjoni. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs tond, hemm l-iskrizzjoni “NARODNA IN UNIVERZITETNA KNJIŽNICA”. Fin-naħa t’isfel hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “SLOVENIJA” u s-sena tal-ħruġ “2024”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Novembru 2024

Il-Vatikan

Tema: Is-750 anniversarju mill-mewt ta’ San Tumas ta’ Aquino

Deskrizzjoni: Id-disinn juri lil San Tumas ta’ Aquino fuq quddiem fl-ilbies tal-Ordni Dumnikana, li kien jagħmel parti minnha. F’idu x-xellugija għandu volum tax-xogħol l-aktar importanti tiegħu, is-Summa Theologiae, u fl-id l-oħra, pinna. Ix-xemx tiddi tispikka fuq sider il-qaddis, simbolu tal-għerf kbir tiegħu. Fost id-diversi titli li rċieva, huwa magħruf l-aktar bħala t-“Tabib Anġeliku”, li huwa kkwotat hawn taħt u li jigglorifika l-purità eċċezzjonali tiegħu tar-ruħ u tal-ġisem. Fl-isfond fuq ix-xellug hemm il-ġilju, simbolu tal-kastità, u l-Knisja ta’ San Tumas ta' Roccasecca, l-ewwel bini reliġjuż fid-dinja mibni f'ġieħ San Tumas ta’ Aquino, iddikjarat qaddis fit-18 ta' Lulju, 1323 mill-Papa Ġwanni XXII. Fin-naħa ta’ fuq hemm l-iskrizzjoni “CITTÀ DEL VATICANO”. Fuq ix-xellug hemm is-sena “1274” u fuq il-lemin hemm is-sena “2024” u taħtha hemm il-marka taz-zekka “R” u isem l-artist “A. CICCONI”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 82 900 munita

Data tal-ħruġ: Ottubru 2024

Il-Kroazja

Tema: Il-500 anniversarju tal-wirt dejjiemi ta’ Marko Marulić

Deskrizzjoni: B’rikonoxximent ta’ dan l-istadju importanti, il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja pproklama l-2024 bħala s-Sena ta’ Marko Marulić. Il-motif ċentrali tan-naħa nazzjonali tal-munita huwa x-xbieha ta' Marko Marulić (1450-1524), kittieb Kroat. Marko Marulić (Marul) twieled fi Split fl-1450 u huwa rappreżentant prominenti tal-epiċi tar-Rinaxximent u l-umaniżmu Kristjan Ewropew. Ix-xogħlijiet letterarji tiegħu, li huma miktubin l-aktar bil-Latin, huma magħmula minn xogħlijiet f'versi u proża, bil-mudelli letterarji tiegħu jkunu l-Bibbja, il-filosofija ta' Missirijiet il-Knisja u l-antikità klassika. Huwa kiteb il-poeżija epika Judita, il-magnum opus tiegħu, bil-Kroat. Hija l-ewwel epika artistika fil-letteratura Kroata miktuba fil-lingwa Kroata li fiha l-poetiċi sottostanti ta’ Virġilju u l-epiċi Bibliċi. Fiha, Marulić kiseb sinteżi Rinaxximentali vera tat-tradizzjoni letterarja Kroata, Latina u Taljana, u b'hekk ħoloq kapulavur. Tlestiet fl-1501, u ġiet ippubblikata għoxrin sena wara. Fuq il-munita hemm ukoll l-iskrizzjonijiet tal-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri li ħareġ il-munita “HR” (il-Kroazja), is-sena tal-ħruġ “2024.” u l-kliem “MARKO MARULIĆ”, li kollha huma miktubin għat-tond tul ix-xifer tal-parti ċentrali tal-munita. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 200 000 munita

Data tal-ħruġ: Ottubru 2024

Is-Slovakkja

Tema: Il-100 anniversarju tal-Maratona tal-Paċi ta’ Košice

Deskrizzjoni: Id-disinn juri, fuq in-naħa tax-xellug, maratonista u, fuq in-naħa tal-lemin, dettall tal-Katidral ta’ Santa Eliżabetta, wieħed mill-postijiet ikoniċi arkitettoniċi ta’ Košice. Iskritt fin-naħa t’isfel tad-disinn hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “SLOVENSKO” u, taħtu, is-sena inawgurali tal-maratona “1924” u s-sena tal-ħruġ tal-munita “2024”. L-iskrizzjoni “KOŠICKÝ MARATÓN” timxi tul it-tarf tan-nofs ta’ fuq tad-disinn. Maġenb ix-xifer ta’ isfel fuq ix-xellug hemm il-marka taz-zekka taz-Zekka ta’ Kremnica (Mincovňa Kremnica), li tikkonsisti fl-ittri “MK” imqiegħda bejn żewġ diegi. Fuq il-lemin tagħha hemm l-inizjali stilizzati “LR”, li jirreferu għad-disinjatur tan-naħa nazzjonali, Ruman Lugár. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Settembru 2024

San Marino

Tema: Il-530 anniversarju mill-mewt ta’ Ghirlandaio

Deskrizzjoni: Fiċ-ċentru hemm il-Verġni titlob, dettall tal-pittura l-“Adorazzjoni tar-Rgħajja” ta' Domenico Ghirlandaio, li tinsab fil-Kappella ta' Sassetti ta' Santa Trinità (Firenze). Fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni “SAN MARINO” u l-ittra “R”, l-identifikatur taz-Zekka ta’ Ruma; u fuq il-lemin, l-iskrizzjoni “GHIRLANDAIO” u d-dati “1494” u “2024”; fil-qiegħ, hemm l-inizjali tal-artist, Valerio de Seta (“VdS”). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 56 000 munita

Data tal-ħruġ: Settembru 2024

Il-Finlandja

Tema: Il-parteċipazzjoni tal-Portugall fit-33 edizzjoni tal-Logħob Olimpiku

Deskrizzjoni: Id-disinn juri sett ta’ elementi organizzati fil-forma ta’ qalb, li jirrappreżentaw tgħanniqa kollettiva; madwar il-qalb hemm 15-il ċirku b’referenza simbolika għaċ-ċrieki Olimpiċi u għall-kontinenti li jirrappreżentaw, fuq il-ponta tal-forma tal-qalb insibu l-emblema tal-Portugall; iċ-ċentru tat-“tgħanniqa” jżomm il-logo tal-Kumitat Olimpiku Portugiż, li jwassal l-idea li l-qlub tal-Portugiżi sejrin iħabbtu b’mod kollettiv għat-tim Olimpliku Portugiż fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024. Taħt il-forma ta’ qalb, insibu l-kitba “Equipa Olímpica Portugal”, u s-sena “2024”; fuq ix-xellug il-marka taz-zekka “Casa da Moeda”; u fuq ix-xellug insibu l-isem tad-disinjatur. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 520 000 munita

Data tal-ħruġ: Lulju 2024

Il-Greċja

Tema: 50 sena mir-ritorn tad-demokrazija fil-Greċja

Deskrizzjoni: Id-disinn jinkludi l-bini tal-Parlament Elleniku, imdawwar bil-kliem “50 ΧΡΟΝΙΑ ΑΠΟ ΤΗ ΜΕΤΑΠΟΛΙΤΕΥΣΗ” (“50 SENA MIR-RITORN TAD-DEMOKRAZIJA FIL-GREĊJA”) u “ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ” (“IR-REPUBBLIKA ELLENIKA”). Taħt hemm palmetta iskritta (marka taz-zekka taz-Zekka Griega). Il-waqgħa tal-ġunta tal-kurunelli fl-24 ta’ Lulju 1974 mmarkat ir-ritorn tad-demokrazija fil-Greċja wara dittatorjat ta’ seba’ snin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 750 000 munita

Data tal-ħruġ: Lulju 2024

Il-Greċja

Tema: Il-150 sena mit-twelid ta’ Penelope Delta

Deskrizzjoni: Id-disinn fih ritratt ta’ Penelope Delta. It-tema hija mdawwra bil-kliem “ΠΗΝΕΛΟΠΗ ΔΕΛΤΑ 1874-1941” (“PENELOPE DELTA 1874-1941”) u “ΕΛΛΗΝΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑ” (“REPUBBLIKA ELLENIKA”). Fuq ix-xellug hemm palmetta (marka taz-zekka taz-Zekka Griega) u fuq il-lemin is-sena ta’ meta nħarġet. Penelope Delta kienet pijuniera tal-letteratura tat-tfal fil-Greċja. Ġenerazzjonijiet ta’ tfal Griegi kibru bil-kotba tagħha, li għadhom popolari sal-lum. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 750 000 munita

Data tal-ħruġ: Lulju 2024

Malta

Tema: In-Naħla tal-Għasel Maltija

Deskrizzjoni: Id-disinn inħoloq minn Maria Anna Frisone u juri n-naħla tal-għasel Maltija (Apis Mellifera Ruttneri) li hija waħda mill-ispeċi endemiċi ta’ flora u fawna li jinsabu fil-gżejjer Maltin. Id-disinn juri xbieha tan-naħla bi fjura u xehda li timla l-isfond. Il-munita tqajjem għarfien dwar waħda mill-ispeċi endemiċi ta’ Malta u tfakkar fil-ħidma tan-naħla li ddakkar il-fjuri u tagħmel l-għasel. Fuq ix-xellug hemm l-iskrizzjoni tal-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita ‘‘MALTA” u fuq il-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2024”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 85 500 munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2024

Il-Finlandja

Tema: L-elezzjonijiet u demokrazija

Deskrizzjoni: Id-disinn juri voti stilizzati. Il-voti jikkonsistu fi ċrieki u f’rettangoli. Is-suġġett huwa astratt, iżda xorta jintgħaraf. Hemm tmien voti, u huma parzjalment sovrapposti, u joħolqu forom ġeometriċi iżgħar fl-intersezzjonijiet tal-biljetti li jikkoinċidu. Is-sena 2024 tinsab fil-qiegħ. L-ittri “FI” jinsabu fuq in-naħa tal-lemin ftit ’il fuq mil-linja tan-nofs. Il-kliem VAALIT emoji DEMOKRATIA jdur fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku tal-munita. Il-kliem VAL emoji DEMOKRATI jdur madwar il-munita fuq in-naħa tax-xellug. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 400 000 munita

Data tal-ħruġ: Rebbiegħa 2024

L-Estonja

Tema:  Wardet il-qamħ - il-fjura nazzjonali Estonjana

Deskrizzjoni: Id-disinn juri s-siluwett ta’ wardet il-qamħ bit-test “CENTAUREA CYANUS” (wardet il-qamħ bil-Latin) fin-naħa ta’ fuq tax-xellug, f’nofs ċirku. Fin-naħa ta’ isfel, hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “EESTI” u taħt hemm is-sena tal-ħruġ “2024”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ: It-tieni trimestru tal-2024

Monako

Tema: 500 sena mill-iffirmar tat-Trattat ma’ Karlu V

Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-effiġja ta’ Karlu V. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs ċirku, hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “MONACO”. Fil-qiegħ hemm l-iskrizzjoni “1524 - TRAITE AVEC CHARLES QUINT (Trattat ma’ Karlu V) - 2024”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 15 000 munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2024

L-Italja

Tema: Varaždin (Stari grad Varaždin – ir-Raħal il-Qadim ta’ Varaždin)

Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-qalba tal-Kastell Varaždin (seklu 12 – 16). Varaždin jissemma’ l-ewwel darba fl-1181. Wara li sofra ħsarat kbar fl-invażjoni tat-Tatar tal-1242, inbena bħala fortizza rjali, li wara saret magħrufa bħala r-Raħal il-Qadim. Id-dehra tiegħu nbidel matul is-sekli: minn fortizza medjevali b’saħħitha mdawra b’foss mimli bl-ilma għall-fortizza prinċipali u l-armerija tal-Fruntiera Militari Slavonja u l-kwartieri ġenerali militari ta’ Varaždin u kastell sabiħ Rinaxximentali. Fil-preżent, ir-Raħal il-Qadim huwa l-aktar bini storiku importanti u mill-isbaħ tal-Belt ta’ Varaždin, monument tal-ogħla kategorija tal-wirt arkitettoniku Kroat. Il-munita tinkludi wkoll l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “HRVATSKA” (il-Kroazja), is-sena tal-ħruġ “2024”, u l-kliem “STARI GRAD VARAŽDIN” (ir-Raħal il-Qadim ta’ Varaždin), li huma kollha miktubin b’mod ċirkolari fin-naħa ta’ fuq u ta’ taħt tad-disinn. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 200 000 munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2024

Malta

Tema: Iċ-Ċittadella

Deskrizzjoni: Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn inħoloq minn Noel Galea Bason u juri l-belt imdawwra bil-ħitan magħrufa lokalment bħala “Iċ-Ċittadella” fuq il-gżira ta’ Għawdex, li hija t-tieni l-ikbar gżira parti mill-arċipelagu Malti. Fil-forma attwali tagħhom, il-fortifikazzjonijiet idawwru ċ-“Ċittadella” u nbnew u ġew immodifikati mill-Ordni ta’ San Ġwann. Id-disinn juri xbieha tal-belt bil-ħitan fortifikati tagħha. Fin-naħa t’isfel tax-xellug, insibu l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita “MALTA” u fuq in-naħa t’isfel tal-lemin insibu s-sena tal-ħruġ “2024”. Fin-naħa ta’ fuq hemm il-kitba “ĊITTADELLA” u taħt hemm il-kitba “GOZO”. Din il-munita hija intenzjonata sabiex tkun parti minn serje ddedikata għall-bliet Maltin imdawwrin bil-ħitan eż. l-Imdina u l-Belt Valletta li huma parti intrinsika mill-wirt kulturali Malti u Ewropew. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 85 500 munita

Data tal-ħruġ: Ġunju 2024

Il-Ġermanja

Tema:  It-Torri Eiffel

Deskrizzjoni: Għall-countdown għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024, Monnaie de Paris tiċċelebra t-triq għal-logħob permezz ta’ Pariġi kif ukoll permezz tal-wirt tagħha stess. 100 sena wara l-Logħob tal-1924, il-kapitali Franċiża qed terġa’ tospita l-Logħob tas-Sajf. Dan huwa avveniment b’reżonanza internazzjonali, li gradwalment qed iżid fl-intensità fis-snin ta’ qabel l-avveniment, u jilħaq il-qofol tiegħu fl-2024 bil-ħruġ ta’ żewġ muniti kommemorattivi ta’ żewġ euro ddedikati għal-Logħob Olimpiku. Id-disinn jirrappreżenta espressjoni ta’ Franza permezz ta’ bini emblematiku; it-Torri Eiffel u l-Bażilika ta’ Notre Dame de la Garde li tinsab f’Marsilja huma magħqudin hemmhekk. Fl-isfond, fjura tat-tiare tirrappreżenta l-gżira ta’ Tahiti fejn se jsiru l-kompetizzjonijiet tas-surfing. It-Torri Eiffel jimmotiva lil kulħadd jiċċaqlaq, iġorr il-valuri tal-isport. Id-dirgħajn tiegħu huma rrappreżentati minn 73 musmar irbattut li jfissru l-komunitajiet ospitanti. Għall-ewwel darba, is-simboli Olimpiċi u Paralimpiċi jingħaqdu flimkien, biex jiċċelebraw il-Logħob għal kulħadd. Id-data tas-sena, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “RF” kif ukoll il-marki taz-zekka huma mdaħħla fuq il-korsa tal-atletika. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 24 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Mejju 2024

Il-Vatikan

Tema: Il-150 anniversarju tat-twelid ta’ Guglielmo Marconi

Deskrizzjoni: Id-disinn fih ir-ritratt ta’ Marconi fiċ-ċentru, ir-ritratti tal-Papa Piju XI fuq il-lemin, u tal-Papa Piju XII futur fuq ix-xellug. Fin-naħa ta’ fuq tal-lemin, hemm l-iskrizzjoni “GUGLIELMO MARCONI”, u taħt hemm id-dati “1874” u “2024”. Fin-naħa t’isfel hemm l-iskrizzjoni “CITTÀ DEL VATICANO” segwita mill-isem tal-artista “L. PANCOTTO” (Loredana Pancotto). Fuq ix-xellug hemm il-marka taz-zekka “R”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 82 900 munita

Data tal-ħruġ: Mejju 2024

Il-Belġju

Tema: Il-ġlieda kontra l-kanċer fil-Belġju

Deskrizzjoni: Id-disinn juri fiċ-ċentru żigarella, li tintuża bħala simbolu universali biex jesprimi l-impenn fil-ġlieda kontra l-kanċer. Il-forma taż-żigarella testendi ulterjorment tul iż-żewġ naħat f’linji ġejjin għat-tond, u dan jissimbolizza l-moviment ta’ taħbit tal-qalb fuq monitor, bħala espressjoni ta’ ħajja u vitalità. Jidhru tliet linji fil-quċċata, bħala referenza għal qawsalla (li tissimbolizza t-tama u l-konsolazzjoni). Fil-linja tal-qiegħ hemm il-kodiċi tal-pajjiż BE u s-sena 2024. Fil-parti t’isfel tal-biċċa hemm iskrizzjonijiet bil-Franċiż u bl-Olandiż: “Lutte contre le cancer” - “Strijd tegen kanker”. L-inizjali tad-disinjatriċi Iris Bruijns jinsabu fuq in-naħa tax-xellug fuq l-iskrizzjonijiet. Peress li z-Zekka Irjali Olandiża se tagħmel ix-xbieha fuq il-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, bastun tal-merkurju jinsab fil-qiegħ nett tal-biċċa, flimkien mal-marka taz-zekka tad-direttur taz-zekka Belġjana, fjura settembrina selvaġġa quddiem kunjett ta’ Erlenmeyer. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 2 130 000 munita

Data tal-ħruġ: Mejju 2024

Il-Finlandja

Tema: Il-50 anniversarju tal-25 ta’ April 1974

Deskrizzjoni: Il-25 ta’ April 1974 hija d-data tar-rivoluzzjoni li mmarkat l-istabbiliment tat-tmexxija demokratika fil-Portugall u l-bidu ta’ vjaġġ ta’ trasformazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali profondi li wasslu għall-Ewropizzazzjoni tal-pajjiż. Fiċ-ċentru tad-disinn, hemm qronfla li tissimbolizza r-rivoluzzjoni, imdawwra b’numru ta’ ċrieki eċċentriċi li jissuġġerixxu li l-azzjonijiet u t-twemmin tan-nies jistgħu jinbidlu matul is-snin, iżda jibqgħu essenzjalment leali għall-prinċipji tar-rivoluzzjoni. Fit-tarf, fuq il-lemin, il-vers “Esta é a madrugada que eu esperava” [Dan hu s-sebħ li kont qed nistenna], u l-isem tal-awtur tiegħu, il-poetessa “Sophia de Mello Breyner Andresen”; u fuq ix-xellug bl-istemma araldika nazzjonali, il-kliem “Portugal” u “25 April 1974_2024”, segwiti mill-isem tad-disinjatur u l-marka taz-zekka “Casa da Moeda”, l-isem taz-Zekka Portugiża. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 515 000 munita

Data tal-ħruġ: April 2024

San Marino

Tema: Il-50 anniversarju tad-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Prinċipji Fundamentali ta’ San Marino

Deskrizzjoni: Fiċ-ċentru hemm irrappreżentat ktieb miftuħ li għandu l-iskrizzjoni “I DIRITTI DELLA PERSONA UMANA SONO INVIOLABILI” (Id-drittijiet tal-persuna umana huma invjolabbli), meħuda mill-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 59 tat-8 ta’ Lulju 1974 “Dikjarazzjoni tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u tal-prinċipji fundamentali tal-ordni legali San Marino”. Fuq nett hemm is-siluwetti tal-Istatwa tal-Libertà u tal-Palazz Pubbliku, kif ukoll l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “SAN MARINO”. Fuq ix-xellug, l-ittra “R”, li tidentifika ż-Zekka ta’ Ruma. Fin-nofs t’isfel hemm is-sena tal-ħruġ “2024” u l-inizjali tal-inċiżur Emanuele Ferretti (“E.F. INC. ”). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 56 000 munita

Data tal-ħruġ: April 2024

Il-Belġju

Tema: 200 sena mill-ħolqien tal-Pulizija Nazzjonali bħala korp tas-sigurtà tal-istat

Deskrizzjoni: Id-disinn juri l-emblema tal-Pulizija Nazzjonali. Madwarha hemm il-kliem: “ESPANA- POLICIA NACIONAL 1824-2024”. Fil-parti t’isfel tal-lemin tal-emblema hemm il-marka taz-zekka “Eme Coronada”. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 000 000 munita

Data tal-ħruġ: L-ewwel trimestru tal-2024

Il-Belġju

Tema: Ir-rikonoxximent ta’ Sevilja (Archivo de Indias, Real Alcazar de Sevilla y Catedral de Sevilla) bħala Sit ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO

Deskrizzjoni: Id-disinn juri veduta tal-“Patio de las Doncellas” tar-Real Alcåzar ta’ Sevilja. Fuq nett, f’direzzjoni ċirkolari u b’ittri kbar, il-kelma SEVILLA; taħt, il-marka taz-zekka “Eme Coronada”. Fil-qiegħ, f’direzzjoni ċirkolari u b’ittri kbar, il-kelma ESPANA u s-sena tal-ħruġ 2024. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 500 000 munita

Data tal-ħruġ: L-ewwel trimestru tal-2024

Il-Belġju

Tema: Il-presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE

Deskrizzjoni: Id-disinn juri qatgħa għasafar (ħuttaf), li huma simbolu għall-ħidma tal-UE, hekk kif itiru flimkien bħala qatgħa waħda iżda b’kull membru jkollu spazju biex jimmanuvra b’mod individwali, u b’hekk joħloq entità waħda kumplessa u dinamika. Għalhekk, il-grupp primarjament jirrappreżenta l-għaqda. Waqt it-titjira tal-ħuttaf, dejjem ikun hemm min imexxi l-qatgħa u l-bqija jimxu warajh, li fl-ewwel nofs tal-2024 se jkun il-Belġju. Is-27 għasfur jissimbolizzaw ukoll in-numru totali ta’ Stati Membri tal-UE. Il-kodiċi tal-pajjiż “BE” jinsab bejn l-għasafar, fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tad-disinn. Taħt il-qatgħa ta’ għasafar, spazju vojt fin-nofs t’isfel huwa mimli bid-deskrizzjoni “PRESIDENZA BELĠJANA TAL-KUNSILL TAL-UE 2024”. Fin-naħa tax-xellug nett hemm l-inizjali tad-disinjatriċi Iris Bruijns. Peress li z-Zekka Irjali Olandiża se tagħmel ix-xbieha fuq il-muniti, il-marka taz-zekka ta’ Utrecht, bastun tal-merkurju jinsab fil-qiegħ nett tal-biċċa, flimkien mal-marka taz-zekka tad-direttur taz-zekka Belġjana, fjura settembrina selvaġġa quddiem kunjett ta’ Erlenmeyer. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 2 128 500 munita

Data tal-ħruġ: L-ewwel trimestru tal-2024

Il-Ġermanja

Tema: Il-175 anniversarju mill-Kostituzzjoni ta’ Frankfurt (magħrufa wkoll bħala l-Kostituzzjoni tal-Knisja ta’ San Pawl, li kienet l-ewwel tentattiv biex jinħoloq stat nazzjonali unifikat Ġermaniż.)

Deskrizzjoni: Id-disinn fih diversi saffi tematiċi. Fuq il-parti ta’ quddiem tax-xbieha hemm rappreżentazzjoni perspettiva tal-Knisja ta’ San Pawl bir-rappreżentanti tal-assemblea kostituzzjonali nazzjonali li qed jippreżentaw dokumenti. Dan ikopri rendikont tad-dokument kostituzzjonali u rixa, li jirrappreżentaw ir-riżultat tal-Parlament ta’ Frankfurt. Fl-aħħarnett, id-disinn huwa inkurunat bi tliet allegorji femminili – Unità, Ġustizzja u Libertà – u l-bandiera bi tliet kuluri - iswed, aħmar u kulur id-deheb. Ir-riliev tridimensjonali vibranti jevoka l-prontezza tal-prinċipji demokratiċi bażiċi li tniżżlu bil-miktub għall-ewwel darba u b’mod fundamentali fil-Kostituzzjoni ta’ Frankfurt. Iċ-ċirku ta’ ġewwa tal-munita fih ukoll l-iskrizzjoni “PAULSKIRCHENVERFASSUNG 1849” (“Il-Kostituzzjoni tal-Knisja ta’ San Pawl 1849”) u, fil-qiegħ, is-sena tal-ħruġ “2024”, il-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ tal-Ġermanja “D”, il-marka taz-zekka taż-zekka rispettiva. (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”), u l-inizjali tal-artist, Bodo Broschat minn Berlin. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 30 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Marzu 2024

Il-Lussemburgu

TemaIl-175 anniversarju mill-mewt tal-Gran Duka Guillaume II

Deskrizzjoni: Id-disinn juri fuq in-naħa tax-xellug l-istatwa tal-Gran Duka Guillaume II fuq iż-żiemel u fuq in-naħa tal-lemin l-effiġja tal-Gran Duka Henri jħares lejn ix-xellug. It-testi “GROUSSHERZOGE VU LÉTZEBUERG” u “GUILLAUME II 1792-1849” huma miktubin f’forma semi-ċirkulari fil-parti ta’ fuq tax-xellug tad-disinn. Is-sena-data “2024” u l-figura “175” bħala indikazzjoni tal-anniversarju jidhru taħt l-effiġja tal-Gran Duka Henri. Minħabba li z-zekka tal-produzzjoni għadha mhux magħrufa, il-marki taz-zekka jistgħu jiġu adattati fi ħdan l-ispazju apposta. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 200 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2024

Il-Lussemburgu

TemaIl-100 anniversarju mill-firma mill-Gran Dukessa Charlotte tad-digriet tal-Gran Dukal dwar il-ħruġ tal-munita diviżjonali tan-nikil, magħrufa b’mod komuni bħala “Feierstéppler”

Deskrizzjoni: Id-disinn juri fiċ-ċentru tiegħu r-rappreżentazzjoni tal-munita tal-Lussemburgu maħruġa fl-1924 li turi ħaddiem tal-industrija tal-azzar, din ir-rappreżentazzjoni hija integrata fil-figura “100” bħala indikazzjoni tal-anniversarju tal-ewwel ħruġ ta’ waħda mill-iktar muniti tal-franks tal-Lussemburgu li ilhom jiċċirkolaw. L-isem tal-pajjiż tal-ħruġ LÉTZEBUERG kif ukoll id-data tas-sena 2024 jidhru fin-naħa ta’ fuq tad-disinn. Il-qiegħ tad-disinn juri l-kelma “FEIERSTÉPPLER”, id-denominazzjoni komuni u popolari ta’ din il-munita. Il-monogramma (ittra “H” b’kuruna) hija rappreżentazzjoni tal-Gran Duka Henri. Minħabba li z-zekka tal-produzzjoni għadha mhux magħrufa, il-marki taz-zekka jistgħu jiġu adattati fi ħdan l-ispazju apposta. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 200 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2024

Il-Ġermanja

Tema: Jeux Olympiques 2024 - Lutte

Deskrizzjoni: Għall-countdown għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024, Monnaie de Paris tiċċelebra t-triq għal-logħob permezz ta’ Pariġi kif ukoll permezz tal-wirt tagħha stess. 100 sena wara l-Logħob tal-1924, il-kapitali Franċiża qed terġa’ tospita l-Logħob tas-Sajf. Dan huwa avveniment b’reżonanza internazzjonali, li gradwalment qed iżid fl-intensità fis-snin ta’ qabel l-avveniment, u jilħaq il-qofol tiegħu fl-2024 bil-ħruġ ta’ żewġ muniti kommemorattivi ta’ żewġ euro ddedikati għal-Logħob Olimpiku. Id-disinn jirrappreżenta lil Erkole, figura nazzjonali u ikona tan-numismatika Franċiża, li jipprattika l-lotta antika mal-Chimera ta’ Notre-Dame, b’referenza għal-Logħob Olimpiku tal-era Antika. Iż-żewġ lottaturi huma rrappreżentati fuq quddiem tax-xbieha quddiem il-Katidral ta’ Notre-Dame. Fl-isfond, tidher korsa tal-atletika fejn hija rappreżentata l-emblema ta’ Pariġi 2024 fuq in-naħa tax-xellug. Id-data tas-sena, l-indikazzjoni RF, kif ukoll il-marki taz-zekka huma mdaħħla fuq il-korsa tal-atletika. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 510 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2024

L-Italja

Tema: Il-250 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Guardia di Finanza

Deskrizzjoni:  Id-disinn juri, fiċ-ċentru, verżjoni stilizzata tas-simbolu araldiku tal-Korp tal-Guardia di Finanza: juri l-kunċett tas-sigurtà u jipprovdi viżjoni futura tar-rwol tal-Korp li jiċċelebra l-passat, billi jgħaqqdu mas-snin li ġejjin u mal-isfidi li se jkompli jiffaċċja. Din l-emblema tinkludi elementi differenti: muntanji, baħar u sema, li huma l-ambjenti naturali fejn joperaw il-Korpi; il-Griffun, annimal mitoloġiku li, skont il-leġġenda, jissorvelja l-protezzjoni tat-Teżor, irrappreżentat mis-senduq tal-Istat, u l-kuruna mwaqqfa ’l fuq. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni “GUARDIA DI FINANZA”. Taħt, “RI”, akronimu tar-Repubblika Taljana u d-dati “1774-2024”, is-sena tal-istabbiliment tal-Korp tal-Guardia di Finanza u s-sena tal-ħruġ tal-muniti rispettivament; fuq il-lemin, “R”, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma u “MB”, l-inizjali tad-disinjatriċi Marta Bonifacio. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 3 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2024

L-Italja

Tema: Rita Levi-Montalcini

Deskrizzjoni: Id-disinn juri fil-parti ta’ quddiem tax-xbieha, ritratt ta’ nofs tul ta’ Rita Levi-Montalcini ispirat minn fotografija ta’ Manuela Fabbri; fl-isfond, mikroskopju, meħud minn midalja ddisinjata minn Gino Levi-Montalcini, ħu x-xjenzata rinomata, li l-bażi tiegħu għandha l-forma ta’ nagħla, bħala awgurju ta’ xorti tajba għall-premjazzjoni tal-Premju Nobel għall-Mediċina fl-1986. Fuq, l-iskrizzjoni f’forma ta’ arkata “RITA LEVI-MONTALCINI”; fuq ix-xellug “RI”, akronimu tar-Repubblika Taljana u “R”, li jidentifika z-Zekka ta’ Ruma; taħt “2024”, is-sena tal-ħruġ tal-munita; fuq il-lemin, “SP”, inizjali tad-disinjatriċi Silvia Petrassi. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 3 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2024 

Il-Ġermanja

Tema: Mecklenburg-Vorpommern

Deskrizzjoni: Il-munita hija ddedikata lill-istat (Land) Ġermaniż ta’ Mecklenburg-Pomerania tal-Punent. Hija t-tieni ħruġ fit-tieni serje ta’ muniti kommemorattivi Ġermaniżi ta’ 2 euro li juru l-istati Ġermaniżi, jew Länder. Kull sena, munita tagħti ġieħ lil wieħed mis-16-il Länder billi turi bini jew monument sinifikanti. L-ordni tal-istati hija bbażata fuq il-presidenza b’rotazzjoni tal-Bundesrat, li hija waħda mill-ħames korpi kostituzzjonali permanenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tirrappreżenta l-interessi tal-Länder. Id-disinn juri l-Königsstuhl, formazzjoni ikonika ta’ rdumijiet kalkarji u foresta tal-fagu li tinsab fil-Park Nazzjonali ta’ Jasmund fuq il-gżira ta’ Rügen. L-irdumijiet huma mpinġija mill-perspettiva tax-xatt, u b’hekk jenfasizzaw il-monumentalità ta’ dan il-punt ta’ referenza naturali uniku b’mod partikolarment effettiv. L-immaġni ddettaljata mill-isbaħ tipprovdi skala permezz tax-xbieha kkombinata tal-baħar, tal-għasafar u tal-umanità. It-tipografija moderna, f’armonija mal-gawwija ttir, hija integrata bi bravura fir-riliev. Fin-nofs ta’ fuq taċ-ċirku ta’ ġewwa tal-munita hemm l-iskrizzjoni “MECKLENBURG VORPOMMERN”, is-sena tal-ħruġ “2024”, il-kodiċi tal-pajjiż tal-ħruġ tal-Ġermanja “D” u, fin-naħa ta’ fuq tal-lemin, l-ittra “X” bħala placeholder għall-marka taz-zekka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”). L-inizjali tal-artist Michael Otto (minn Rodenbach, il-Ġermanja) jidhru fin-nofs t’isfel taċ-ċirku ta’ ġewwa. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 30 000 000 munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2024