Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Involviment taż-żgħażagħ

Iż-żgħażagħ għandhom rwol ċentrali fit-tfassil tal-Ewropa ta' għada.

Huwa għalhekk li norganizzaw firxa ta' inizjattivi madwar l-Ewropa biex jgħinuk titgħallem aktar dwar l-ekonomija, il-banek ċentrali u r-responsabbiltajiet tal-BĊE, u biex tingħata ċ-ċans li taqsam il-fehmiet u l-ideat tiegħek dwar is-suġġetti li jinteressawk u jaffettwawk.

Tagħrif ieħor

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Borża ta’ Studju tal-BĊE għan-Nisa

Inti mara li bħalissa qed tirreġistra, jew li dalwaqt se tirreġistra, fi programm ta’ masters fl-ekonomija, fl-istatistika, fl-inġinerija jew fl-informatika f’università Ewropea jew fi skola tan-negozju Ewropea? Jekk iva, il-borża ta’ studju tal-BĊE għan-nisa, li tiġi b’għotja li tiswa EUR 10,000, tista’ tkun għalik!

Applika

Premju għal Ekonomisti Żgħażagħ fl-Attività Bankarja Ċentrali

Inti student tal-PhD fl-ekonomija jew il-finanzji? Tixtieq tippreżenta r-riċerka tiegħek lil min ifassal il-politika u akkademiċi ta’ livell għoli? Mela agħti ħarsa lejn il-Premju għal Ekonomisti Żgħażagħ annwali! Il-finalisti jkunu mistiedna għall-Forum tal-BĊE dwar l-attività Bankarja Ċentrali ġewwa Sintra, il- Portugall. Ir-rebbieħ jirċievi premju ta’ €10,000. 

Skopri iżjed dwar il-premju

Bootcamp tal-IT tal-bniet

Inti tifla, bejn 9 u 17-il sena, interessata fir-robots u l-kompjuters? Mela ssieħeb fil-bootcamp tal-IT tagħna mill-31 Mejju sa 2 Ġunju u ara kif tmur fl-ipprogrammar u l-kodifikazzjoni. L-avveniment ta’ tlett ijiem se jsir bl-Ingliż fil-bini tal-BĊE fi Frankfurt, il-Ġermanja.

• Kont taf li l-inkoraġġiment tal-kurżità tal-bniet dwar it-teknoloġija u x-xjenza minn età bikrija jista’ jkollu impatt pożittiv fuq l-għażla tagħhom tal-istudji u l-karriera futura?

• Aħna organizzajna il-Bootcamp tal-IT għall-Bniet biex nispiraw nisa żgħażagħ biex jistudjaw l-IT u jsegwu karriera fil-qasam. Tgħallmu wkoll dwar diversi opportunitajiet u rwoli STEM li jistgħu jinteressawhom.

• Ara aktar.


Applika hawnhekk

Ingħaqad magħna!

Inti ggradwajt riċenti u qed tfittex l-isfida li jmiss tiegħek? L-attività bankarja ċentrali u l-affarijiet Ewropej jinteressawk? Tixtieq tagħmel impatt pożittiv fuq il-ħajja taċ-ċittadini Ewropej? Mela agħti ħarsa lejn l-opportunitajiet tagħna u ngħaqad mat-tim internazzjonali tagħna

Vacancies

Il-paġni kollha f’din it-taqsima