Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jippubblika l-kalendarji indikattivi tal-operazzjonijiet regolari b’offerta u tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema għall-2017 u l-2018

14 ta' Settembru 2016

EMBARGO

M’għandhiex tixxandar qabel 15:00 CET tal-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2016

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed jippubblika dawn il-kalendarji indikattivi għas-sentejn li ġejjin, 2017 u 2018: (i) kalendarji indikattivi tal-operazzjonijiet regolari tal-Eurosistema b’offerta u (ii) kalendarji indikattivi tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema.

Il-kalendarji indikattivi tal-operazzjonijiet regolari tal-Eurosistema b’offerta jinkludu biss l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament (MROs) u l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (LTROs ta’ tliet xhur). Ma jinkludux operazzjonijiet supplimentari jew ad hoc li jistgħu jsiru fl-2017 jew l-2018. Il-kalendarji jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-BĊE.

Il-kalendarji indikattivi tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi tal-Eurosistema jqisu l-kalendarji tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2017 u l-2018 kif ukoll il-kalendarji tal-operazzjonijiet regolari b’offerta. Il-kalendarji huma dawn:

Kalendarju indikattiv tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi fl-2017:

Laqgħa tal-Kunsill Governattiv Bidu tal-perjodu ta’ żamma tar-riżervi 2017 Tmiem il-perjodu ta’ żamma tar-riżervi 2017 Dejta tal-bażi tar-riżervi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull xahar Dejta tal-bażi tar-riżervi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull trimestru Tul tal-perjodu ta’ żamma tar-riżervi (jiem)
1 19 ta’ Jannar 2017 25 ta’ Jannar 2017 14 ta’ Marzu 2017 Novembru 2016 Settembru 2016 49
2 9 ta’ Marzu 2017 15 ta’ Marzu 2017 2 ta’ Mejju 2017 Jannar 2017 Diċembru 2016 49
3 27 ta’ April 2017 3 ta’ Mejju 2017 13 ta’ Ġunju 2017 Marzu 2017 Diċembru 2016 42
4 8 ta’ Ġunju 2017 14 ta’ Ġunju 2017 25 ta’ Lulju 2017 April 2017 Marzu 2017 42
5 20 ta’ Lulju 2017 26 ta’ Lulju 2017 12 ta’ Settembru 2017 Mejju 2017 Marzu 2017 49
6 7 ta’ Settembru 2017 13 ta’ Settembru 2017 31 ta’ Ottubru 2017 Lulju 2017 Ġunju 2017 49
7 26 ta’ Ottubru 2017 1 ta’ Novembru 2017 19 ta’ Diċembru 2017 Settembru 2017 Ġunju 2017 49
8 14 ta’ Diċembru 2017 20 ta’ Diċembru 2017 30 ta’ Jannar 2018 Ottubru 2017 Settembru 2017 42

Kalendarju indikattiv tal-perjodi ta’ żamma tar-riżervi fl-2018:

Laqgħa tal-Kunsill Governattiv Bidu tal-perjodu ta’ żamma tar-riżervi 2018 Tmiem il-perjodu ta’ żamma tar-riżervi 2018 Dejta tal-bażi tar-riżervi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull xahar Dejta tal-bażi tar-riżervi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull trimestru Tul tal-perjodu ta’ żamma tar-riżervi (jiem)
1 25 ta’ Jannar 2018 31 ta’ Jannar 2018 13 ta’ Marzu 2018 Novembru 2017 Settembru 2017 42
2 8 ta’ Marzu 2018 14 ta’ Marzu 2018 2 ta’ Mejju 2018 Jannar 2018 Diċembru 2017 50
3 26 ta’ April 2018 3 ta’ Mejju 2018 19 ta’ Ġunju 2018 Marzu 2018 Diċembru 2017 48
4 14 ta’ Ġunju 2018 20 ta’ Ġunju 2018 31 ta’ Lulju 2018 April 2018 Marzu 2018 42
5 26 ta’ Lulju 2018 1 ta’ Awwissu 2018 18 ta’ Settembru 2018 Ġunju 2018 Marzu 2018 49
6 13 ta’ Settembru 2018 19 ta’ Settembru 2018 30 ta’ Ottubru 2018 Lulju 2018 Ġunju 2018 42
7 25 ta’ Ottubru 2018 31 ta’ Ottubru 2018 18 ta’ Diċembru 2018 Awwissu 2018 Ġunju 2018 49
8 13 ta’ Diċembru 2018 19 ta’ Diċembru 2018 29 ta’ Jannar 2019 Ottubru 2018 Settembru 2018 42

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija William Lelieveldt (+49 69 1344 7316).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja